Skopri l-Politika tal-Privatezza, ir-Regoli tas-Servizz u l-Prinċipji tal-Intelliġenza Artifiċjali tagħna
Meta n-nies jużaw Google jkunu qed jafdawna bl-informazzjoni tagħhom, għalhekk kif għedna fil-Politika tal-Privatezza ta' Google, aħna naħdmu qatigħ biex inħarsu dik l-informazzjoni. Fir-Regoli tas-Servizz ta' Google aħna nkunu ċari dwar dak li l-utenti għandhom jistennew mingħandna meta jużaw is-servizzi tagħna. Aħna nagħrfu wkoll li l-Intelliġenza Artifiċjali għandha potenzjal kbir biex tgħinna nsolvu problemi kbar u għalhekk ħloqna prinċipji biex jgħinuna aħna u nużaw l-Intelliġenza Artifiċjali ġewwa Google.
Il-ħarsien tal-privatezza u s-sigurtà tal-utenti hija responsabbiltà li tinbet mill-ħolqien ta' prodotti u servizzi li huma miftuħa għal kulħadd. Aħna ħloqna sett ta' Prinċipji tal-Privatezza u tas-Sigurtà biex dawk li jieħdu ħsieb is-servizzi u l-proċessi tagħna jifhmu kif għandhom iżommu dejta sensittiva privata u sigura.

Il-Politika tal-Privatezza ta' Google
Tfisser ix-xorta ta' informazzjoni li Google tiġbor, għaliex Google tiġbor din l-informazzjoni, kif nużawha, kif tista' tkun taf x'inhi jew tibdilha u kif tista' titlobna nħassru d-dejta tiegħek.
Il-Politika tad-Dejta tal-Utenti tas-Servizzi API ta' Google
Tispjega r-rekwiżiti tal-privatezza u s-sigurtà għall-iżviluppaturi meta jużaw l-APIs tagħna. Fosthom hemm l-użu xieraq tas-servizzi tagħna, avviżi u kontroll trasparenti, rekwiżiti tal-privatezza u tas-sigurtà u iktar.
Importanti li tifhem x'tista' tistenna mingħandna u x'nistennew aħna mingħandek int u tuża s-servizzi ta' Google. Ir-Regoli tas-Servizz ta' Google jagħtu ħarsa lejn kif jaħdem in-negozju tagħna, il-liġijiet li l-kumpanija tagħna obbligata timxi magħhom u l-filosofija li dejjem emminna fiha.

Ir-Regoli tas-Servizz ta' Google
Jagħtu ħarsa ġenerali lejn dak li taċċetta meta tuża s-servizzi tagħna. Ifissru wkoll kif Google tibni s-servizzi, x'inhuma r-regoli għall-prodotti u s-servizzi tagħna u x'inhuma l-jeddijiet tal-propjetà intellettwali u legali tagħna.
Ir-Regoli tas-Servizz ta' Google API
Ifissru r-regoli tal-aċċess għall-iżviluppaturi li jużaw l-APIs ta' Google, fosthom ir-regoli għall-kontenut, il-livell ta' privatezza u sigurtà, il-jeddijiet tal-propjetà intellettwali tagħna u l-jeddijiet legali tal-iżvilippaturi.
Aħna nemmnu li l-Intelliġenza Artifiċjali u teknoloġiji avvanzati oħra se jwasslu għal innovazzjoni ikbar u għalhekk jgħinuna nilħqu l-għan tagħna li norganizzaw l-informazzjoni tad-dinja u nagħmluha aċċessibbli u ta' siwi għal kulħadd. Dawn il-prinċipji huma s-sisien tal-impenn tagħna li niżviluppaw teknoloġija responsabbli u jgħinuna naqtgħu linja sa fejn jistgħu jintużaw dawn it-teknoloġiji.

Linji gwida għal Intelliġenza Artifiċjali responsabbli
L-Intelliġenza Artifiċjali qed toħloq opportuniatjiet ġodda biex ittejjeb ħajjiet in-nies madwar id-dinja. Google hija impenjata li tibni Intelliġenza Artifiċjali b'mod responsabbli u li taqsam l-għarfien, ir-riċerka, l-għodod, id-dejta u riżorsi oħra mal-bqija tal-komunità.
Appoġġ għal approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja għall-IA
Filwaqt li jibni fuq l-isforzi preċedenti tagħna li jirrappurtaw dwar il-Prinċipji tal-IA tagħna, iċ-Ċiklu tal-Ħajja tar-Responsabbiltà tal-IA jispjega l-proċess li jmexxi l-iżvilupp responsabbli tal-IA f'Google u jiddeskrivi l-aktar avvanzi reċenti tagħna u l-aħjar prattiki emerġenti.
Ċentru tal-Privatezza tal-Apps ta' Gemini
Sir af aktar dwar kif Google timmaniġġja d-dejta tal-utenti meta dawn jinteraġixxu mal-Apps ta' Gemini tagħna, inklużi l-kontrolli u s-settings disponibbli għalihom.
Politika dwar l-Użu Pprojbit ta' IA Ġenerattiva
Sir af aktar dwar l-użu responsabbli u legali tas-servizzi tal-IA Ġenerattiva tagħna, inklużi ċerti restrizzjonijiet fuq il-ħolqien u d-distribuzzjoni tal-kontenut.