Kondiviżjoni tal-proċess ta' żvilupp tal-politika
Aħna ntejbu b'mod konsistenti l-iżvilupp tal-politika tagħna u l-istrateġiji ta' infurzar biex inżommu lill-utenti sikuri.

Għaliex noħolqu l-politiki

Kif noħolqu l-politiki
Id-data, il-liġi, l-avvenimenti dinjija u l-esperti jiggwidaw l-iżvilupp tal-politika tagħna. Aħna ngħaqqdu t-tagħlim minn xjenzati tad-data u sorsi esperti biex nibnu politiki li jagħmlu l-web aktar sikur, u jtejbu l-aċċessibbiltà u l-esperjenza tal-utent. Aħna noqogħdu dejjem attenti li nżommu ruħna aġġornati mal-aħħar avvenimenti biex niżguraw li l-politiki tagħna jkunu fil-post it-tajjeb.
Il-liġi u r-regolamentazzjoni jipprovdu regoli u pjanijiet direzzjonali biex jgħinu ħalli jiżguraw li nipproteġu lill-utenti, nindirizzaw il-ħsara, u ntejbu r-responsabbiltà. Nistgħu naħdmu fi sħubija ma' esperti akkademiċi, xjentifiċi u tal-industrija u kultant nużaw feedback mill-utenti u l-kreaturi.
Infasslu servizzi siguri
-
Nidentifikaw xejriet emerġenti u tħassib ġdid dwar is-sikurezza
It-timijiet ta’ esperti ta’ Google jagħmlu dak li naħsbu li huwa l-aħjar, jivvalutaw il-kwistjonijiet emerġenti u jqisu l-feedback estern.
-
Niġbru l-eżempji u nagħrfu temi komuni
Nirrevedu l-provi tal-ħsara, nagħrfu temi komuni u nsibu eżempji bħalhom.
-
Infasslu l-istandards u l-linji gwida għall-politika
Nifhmu l-impatt, nagħżlu x'għandna nagħmlu biex niżguraw li l-politika ma tinkisirx u nitolbu l-pariri tal-esperti.
-
Inqisu r-riżultati u nżommu għajnejna fuqha
Inniedu, nippruvaw u nirfinaw il-politika, nifhmu x'riżultati tagħti u nqisu l-appelli u l-azzjonijiet meħuda biex niżguraw li ma tkunx qed tinkiser.
Għaliex il-politiki tas-servizzi mhux l-istess
-
Ħażna u sorsi tal-kontenut
Il-politiki tagħna jvarjaw skont jekk inkunux qed inżommu l-kontenut aħna jew inkunux qegħdin biss inwasslu l-utenti għalih.
-
Kontenut pubbliku jew privat
Il-politiki tagħna jvarjaw skont jekk il-kontenut ikunx maħsub biex jixtered mal-pubbliku jew ikunx maħsub li jinżamm privat.
-
Kontenut rakkomandat
Aħna għandna mnejn nindirizzaw il-politiki b'mod differenti għal karatteristiċi li jorganizzaw jew jissuġġerixxu kontenut lill-utent.
-
Għotja ta' prodotti jew servizzi
Il-politiki tagħna jvarjaw skont jekk inkunux qed nagħtu s-servizz aħna jew inkunux qed noffru l-infrastruttura għal servizz ta' ħaddieħor.
-
Monetizzazzjoni
Aħna nindirizzaw il-politiki tal-prodott b'mod differenti meta karatteristika tippermetti l-monetizzazzjoni jew tiffaċilita t-tranżazzjonijiet.
X'differenza hemm bejn il-politiki tas-servizzi
-
Tiftix Google
Tiftix għandha l-għan li tagħti aċċess ikbar għall-informazzjoni fuq l-internet. Aħna nneħħu r-riżultati meta jseħħ xi ksur partikolari tal-politiki tagħna u nużaw politiki iktar restrittivi meta l-utenti jistgħu jinterpretaw l-informazzjoni bħala waħda li għandha kwalità jew kredibilità ikbar.
-
YouTube
Telespettaturi u Kreaturi madwar id-dinja jużaw YouTube sabiex jesprimu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom b'mod ħieles, u nemmnu li fl-aħħar mill-aħħar, firxa wiesgħa ta' perspettivi jagħmluna soċjetà aktar b'saħħitha u infurmata. Għaldaqstant għandna politiki biex jgħinuna nibnu komunità aktar sigura.
-
Reklami Google
Il-politiki dwar is-servizzi tar-riklami tagħna jiżguraw li ħadd ma jagħmel il-flus minn kontenut illegali jew li jagħmel il-ħsara u nagħmlu l-almu tagħna biex ikollna ekosistema ta' riklami diġitali ġenwina – waħda trasparenti, li tista' toqgħod fuqha u li taħdem sew għall-utenti, għal dawk li jirreklamaw u għal dawk li juru r-riklami tagħna.
Materjal b'iktar informazzjoni
-
Whitepaper
Il-kwalità tal-informazzjoni u l-moderazzjoni tal-kontenut
Aqra dwar kif qed nagħtu importanza ikbar lil kontenut siewi u ta' min jista' joqgħod fuqu filwaqt li nevitaw li ssir il-ħsara lill-utenti u lis-soċjetà.
-
Artiklu
Il-protezzjoni tal-privatezza tal-utent fuq suġġetti tas-saħħa
Il-protezzjoni tal-privatezza tal-utent u l-iżgurar tad-data tal-utent huma parti essenzjali mill-ħidma ta’ Google.
-
SIT WEB
Ibbrawżjar Sikur b'Google
Aqra kif it-tim tas-sigurtà ta' Google qed jagħmel il-web aktar sikur billi jidentifika siti web mhux sikuri.