Jump to Content

Nibnu esperjenza iktar sigura

Fil-prodotti u s-servizzi kollha, aħna nistabbilixxu politiki ċari għal dak li huwa aċċettabbli fuq il-pjattaformi tagħna u għal dak li mhuwiex. Dawn il-politiki għandhom l-għan li jiżguraw esperjenza sikura u pożittiva għall-utenti tagħna u josservaw standard għoli ta' kwalità u affidabbiltà għal min jirreklama, il-pubblikaturi u l-kreaturi tal-kontenut bl-istess mod.

Politiki tal-kontenut u linji gwida tal-komunità

Il-politiki tal-kontenut jagħtu r-regoli dwar ix-xorta ta' kontenut jista' jinħoloq, jittella', jintbagħat, jinqasam u jagħmel il-flus. Dawn il-politiki jintużaw aħna u niżguraw li l-kontenut fis-servizzi tagħna jimxi mal-politiki tagħna. Il-Linji Gwida tal-Komunità huma importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva fuq il-pjattaformi tagħna, ikun fejn ikun madwar id-dinja.

Politiki tal-Iżviluppaturi u tal-APIs

Il-politiki tad-dejta tal-utent u tal-iżviluppatur ifissru x'inhuma r-regoli għall-iżviluppaturi meta jiġi biex jużaw il-prodotti u s-servizzi tagħna. Ifissru wkoll x'nistennew fejn jidħlu l-privatezza u s-sigurtà meta l-iżviluppaturi jipproċessaw id-dejta tal-utenti fosthom meta jitolbu, jiksbu, jużaw u jaqsmu d-dejta.

Linji gwida għas-servizzi li jwasslu għall-qligħ

Il-linji gwida għas-servizzi li jwasslu għall-qligħ huma l-politiki u l-istandards marbuta mas-servizzi li Google iddaħħal il-flus minnhom u li jispjegaw x'jista' u x'ma jistax iwassal għall-qligħ. Dawn il-politiki jagħtu s-setgħa u jħarsu lill-utenti waqt li jgħinuna noħolqu ekosistema diġitali tajba li hija sigura u li twassal għal innovazzjoni u tkabbir.

Il-linji gwida dwar il-kwalità tal-apps ta' Android Auto u ta' Android Automotive jipprovdu gwida lill-iżviluppaturi li jibnu għaż-żewġ prodotti. L-iżviluppaturi għal Android Auto u għal Android Automotive jridu jsegwu wkoll il-Politiki, il-linji gwida, u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play.

Il-kwalità tal-apps ta' Android għall-karozzi

Sir af dwar il-linji gwida dwar l-apps għall-karozzi biex tibni għal Android Auto u għal Android Automotive.

Google Play

Il-Politiki, il-linji gwida u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play jgħinu biex jiżguraw li l-apps u l-logħob jitwasslu b'mod sikur lil biljuni ta' persuni madwar id-dinja. Aktar tagħrif dwar il-politiki, il-ftehim ta' distribuzzjoni għall-iżviluppaturi, u t-termini tas-servizz jista' jinkiseb hawn taħt.

Il-linji gwida dwar il-kwalità tal-apps ta' Android TV jipprovdu gwida lill-iżviluppaturi li jibnu għal TV. L-iżviluppaturi għal Android TV iridu jsegwu wkoll il-Politiki, il-linji gwida, u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play.

Il-Kwalità tal-Apps għal Android TV

Sir af dwar il-linji gwida dwar il-kwalità tal-apps biex tibni għal Android TV.

Google Play

Il-Politiki, il-linji gwida u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play jgħinu biex jiżguraw li l-apps u l-logħob jitwasslu b'mod sikur lil biljuni ta' persuni madwar id-dinja. Aktar tagħrif dwar il-politiki, il-ftehim ta' distribuzzjoni għall-iżviluppaturi, u t-termini tas-servizz jista' jinkiseb hawn taħt.

Blogger huwa servizz maħsub biex wieħed jikkomunika u jesprimi ruħu. Iftaħ il-linji gwida tal-komunità li għandhom rwol importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva.

Politiki tal-Kontenut / Linji Gwida tal-Komunità

Il-politiki tagħna għandhom rwol importanti biex iżommu l-internet post li jgħinek toħloq ħwejjeġ ġodda.

Irrapporta ksur

Jekk issib xi artiklu li temmen li jikser il-Linji Gwida tal-Komunità, jekk jogħġbok irrappurtah billi tuża l-ħolqa "Irrapporta" li tinsab fil-biċċa l-kbira tal-bloggs. Jekk ma tkunx tista' ssib il-ħolqa fuq il-blogg, xorta tista' tirrapporta ksur billi tuża l-ħolqa t'hawn taħt.

Il-politiki tal-Programm ta' Gmail għandhom rwol importanti biex jiżguraw li l-utenti jsibu ambjent sigur għas-servizz tal-emails bl-internet tagħna msejjes fuq it-tiftix.

Il-Politiki tal-Programmi

Aħna nitolbu li kulħadd jimxi mal-politiki murija hawnhekk biex flimkien naslu niksbu dal-għan.

Ftehim

Jekk qed tuża kont ta' Gmail mogħti lilek mill-post tax-xogħol, l-iskola jew għaqda oħra, dan il-kont jaf ikollu regoli miżjuda jew differenti skont il-ftehim li l-għaqda tiegħek tkun laħqet ma' Google jew skont politiki oħra. L-amministratur tas-servizz tiegħek jaf ikun jista' jagħtik iktar informazzjoni.

Jekk tuża Gmail bħala konsumatur (eż. @gmail.com), jekk jogħġbok aqra r-Regoli tas-Servizz ta' Google minn hawn.

Irrapporta ksur

Jekk temmen li kont kiser il-Politiki tal-Programm, hemm ħafna modi kif tista' tirrapporta dan il-ksur.

Il-Linji Gwida u r-Regoli u l-Kundizzjonijiet tal-Internet iqiegħdu s-sisien biex il-pubblikaturi li jużaw AdSense ikunu jistgħu jdaħħlu l-flus mill-kontenut li jtellgħu fuq l-interent.

Ftehim

Iftaħ ir-Regoli tas-Servizz skont il-pajjiż fejn jinħariġlek il-kont.

Il-Politiki tal-Programm ta' Google Kalendarju għandhom rwol importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva.

Kontenut Li Jikser ir-Regoli

Google Kalendarju jista' ma jaċċettax il-kontenut ta' kalendarju jew avvaniment pubbliku u jista' saħansitra jagħlaq il-kont tal-utenti li jagħmlu affarijiet li jmorru kontra l-politiki tagħna.

Il-politiki tagħna jaqdu rwol importanti biex iżommu esperjenza pożittiva għal kulħadd meta jintużaw Google Chrome u Chrome Web Store.

Politiki tal-Programm tal-Iżviluppaturi

Sakemm ma jkunx hemm miktub mod ieħor, dawn il-politiki jgħoddu għall-esperjenza tal-utent tal-app/estensjoni/tema kollha tiegħek.

Ftehim

Aqra r-Regoli tas-Servizz Miżjuda ta' Google Chrome u ChromeOS.

Politika tal-Privatezza

Iftaħ il-Politika tal-Privatezza ta' Google Chrome

Il-Ftehim għall-Iżviluppaturi u t-Termini tas-Servizz ta' Chrome Web Store

Aqra l-Ftehim għall-Iżviluppaturi u t-Termini tas-Servizz.

Il-Politiki tal-Pjattaforma Google Cloud għandhom rwol importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva.

Politika tal-Programm

Sir af iktar dwar il-Politika tal-Użu Aċċettabbli tal-Pjattaforma Google Cloud.

Pub.dev huwa r-repożitorju tal-pakketti uffiċjali għal Dart u Flutter, li jippermetti lill-iżviluppaturi jiskopru u jippubblikaw il-pakketti.

Politika tal-Kontenut

Il-politiki tagħna għandhom rwol importanti biex iżommu pub.dev post affidabbli fejn tiskopri l-pakketti.

Il-politiki ta' Google Fit għandhom rwol importanti biex ifissrulek kif għandek tiġbor, tieħu ħsieb u tħares l-informazzjoni sensittiva tal-utenti bħal dejta dwar is-saħħa u l-fitness.

Politiki tal-Iżviluppaturi u tal-APIs

Iftaħ il-prinċipji u l-politiki ewlenin imqassmin apposta għall-iżviluppaturi.

Ftehim

Aqra r-regoli u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' Google Fit

Il-politiki, il-linji gwida u r-regoli ta' Mapep Google għandhom rwol importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva.

Regoli tal-Iżviluppaturi u tal-APIs

Aqra iktar dwar ir-Regoli tas-Servizz tal-Pjattaforma Google Mapep

Ftehim

Iftaħ il-paġna tar-Regoli tas-Servizz ta' Google u tar-Regoli tas-Servizz Miżjuda ta' Google Mapep/Google Earth.

Politika dwar il-Kontenut Ikkontribwit mill-Utenti ta' Maps

Sir af aktar dwar it-tipi ta' kontenut iġġenerat mill-utenti fuq Maps u l-politiki dwar kontenut ipprojbit li japplikaw għal dak il-kontenut.

Google ħolqot il-politiki li ġejjin biex trawwem ambjent sigur ta' fiċudja għal Google Pay u Google Payments.

Politiki tal-Kontenut

Sir af iktar dwar il-Politiki għall-Utenti ta' Google Payments għall-persuni privati u għan-negozji.

Politika tal-Privatezza

Iftaħ il-Politika tal-Privatezza ta' Google Payments.

Il-politiki, il-linji gwida u r-regoli tal-Programm tal-Iżviluppaturi ta' Google Play jgħinu biex jiżguraw li l-apps u l-logħob jaslu b'mod sigur għand biljuni ta' nies madwar id-dinja kollha.

Politiki tal-Programm tal-Iżviluppaturi

Il-Politiki tal-Programm tal-Iżviluppaturi ta' Google Play huma mfassla biex jiżguraw li aħna, fi sħubija mal-komunità tal-iżviluppaturi tagħna minn madwar id-dinja kollha, inkomplu noffru l-iktar apps innovattivi u fdati fid-dinja lill-utenti tagħna.

Punteġġi u Reviews fuq Google Play

Il-politiki tal-punteġġi u r-reviews ta' Google Play jintużaw meta bħala utent tkun qed taqsam il-kummenti u l-ħsibijiet dwar l-esperjenza tiegħek b'app jew logħba f'review.

Il-linji gwida dwar il-kwalità tal-apps ta' Wear OS jipprovdu gwida lill-iżviluppaturi li jibnu għal Wear. L-iżviluppaturi għal Wear OS iridu jsegwu wkoll il-Politiki, il-linji gwida, u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play.

Il-kwalità tal-apps ta' Wear OS

Sir af dwar il-linji gwida dwar l-apps biex tibni għal Wear OS.

Google Play

Il-Politiki, il-linji gwida u t-termini tal-Programm għall-Iżviluppaturi ta' Google Play jgħinu biex jiżguraw li l-apps u l-logħob jitwasslu b'mod sikur lil biljuni ta' persuni madwar id-dinja. Aktar tagħrif dwar il-politiki, il-ftehim ta' distribuzzjoni għall-iżviluppaturi, u t-termini tas-servizz jista' jinkiseb hawn taħt.

Il-politiki ta' YouTube għandhom rwol importanti biex kulħadd ikollu esperjenza pożittiva fuq YouTube.

Linji Gwida tal-Komunità

Il-Linji Gwida tal-Komunità tagħna huma parti kruċjali mill-politiki tagħna. Biex nilqgħu għal sfidi ġodda li jkunu qed ifeġġu, dawn il-linji gwida jiġu aġġornati ta' sikwit skont il-pariri ta' esperti minn barra l-kumpanija u dawk tal-ħallieqa tal-kontenut ta' YouTube.

Politiki tal-Iżviluppaturi u tal-APIs

Aqra iktar dwar il-politiki tas-Servizzi tal-APIs u tal-Iżviluppaturi ta' YouTube.

Ftehim

Aqra r-Regoli tas-Servizz ta' YouTube.

Il-Monetizzazzjoni ta' YouTube

Aqra l-politiki għall-ħallieqa tal-Programm tal-Imsieħba ta' YouTube.

Politika tal-Privatezza ta' YouTube Tfal

Sir af kif ngħinu lill-ġenituri jifhmu liema dejta tinġabar mill-app.