Iftaħ il-kontenut

Gmail

Il-politiki tal-Programm ta' Gmail għandhom rwol importanti biex jiżguraw li l-utenti jsibu ambjent sigur għas-servizz tal-emails bl-internet tagħna msejjes fuq it-tiftix.

Il-Politiki tal-Programmi

Aħna nitolbu li kulħadd jimxi mal-politiki murija hawnhekk biex flimkien naslu niksbu dal-għan.

Ftehim

Jekk qed tuża kont ta' Gmail mogħti lilek mill-post tax-xogħol, l-iskola jew għaqda oħra, dan il-kont jaf ikollu regoli miżjuda jew differenti skont il-ftehim li l-għaqda tiegħek tkun laħqet ma' Google jew skont politiki oħra. L-amministratur tas-servizz tiegħek jaf ikun jista' jagħtik iktar informazzjoni.

Jekk tuża Gmail bħala konsumatur (eż. @gmail.com), jekk jogħġbok aqra r-Regoli tas-Servizz ta' Google minn hawn.

Irrapporta ksur

Jekk temmen li kont kiser il-Politiki tal-Programm, hemm ħafna modi kif tista' tirrapporta dan il-ksur.